Qabel titlaq
Dokumenti li se jkollok bżonn
Il-passaport jew il-karta tal-identità
Bis-saħħa tal-Ftehim ta’ Schengen, ħafna mill-pajjiżi tal-UE neħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom.
Anke l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera jinsabu fiż-żona Schengen għalkemm mhumiex parti mill-UE. Dan ifisser, pereżempju, li int tista’ tmur tiskijja fl-Iżvizzera mingħajr ma toqgħod turi l-passaport tiegħek meta taqsam il-fruntiera mill-UE.
B’mod eċċezzjonali, jistgħu jerġgħu jiġu introdotti kontrolli fil-fruntieri fiż-żona Schengen għal perjodu limitat jekk ikun hemm theddida serja għas-sikurezza jew għas-sigurtà pubblika.
Meta tivvjaġġa lejn jew tirritorna minn pajjiżi tal-UE li mhumiex parti miż-żona Schengen, se jkollok bżonn tippreżenta passaport validu jew karta tal-identità valida. Kull min jaqsam il-fruntieri esterni tal-UE, inkluż iċ-ċittadini tal-UE, huwa soġġett għal kontrolli sistematiċi ma’ bażijiet tad-data rilevanti.
Anke jekk ma għandekx bżonn ta’ passaport għall-kontrolli fil-fruntieri fi ħdan iż-żona Schengen, se jkollok bżonn ikollok fuqek dokument tal-ivvjaġġar validu (il-passaport jew il-karta tal-identità tiegħek) meta tivvjaġġa fl-UE minħabba li dan jista’ jkun meħtieġ għal skopijiet ta’ identifikazzjoni jew sigurtà. It-tfal irid ikollhom il-passaport jew il-karta tal-identità tagħhom. Tajjeb li tkun taf li l-unika karta tal-identità valida hija dik li tinkiseb mill-awtorità nazzjonali tiegħek.
Qabel ma tivvjaġġa barra mill-UE, iċċekkja liema dokumenti huma meħtieġa mill-pajjiż mhux tal-UE li tkun qed tippjana li żżur.
Viża
Mhux se jkollok bżonn ta’ viża meta tivvjaġġa fl-UE.
NB: Iċ-ċittadini tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein, tan-Norveġja u tal-Iżvizzera huma ttrattati bħala ċittadini tal-UE għall-finijiet tal-ivvjaġġar u tad-dħul fil-pajjiżi tal-UE, minħabba li dawn l-erba’ pajjiżi huma parti miż-żona Schengen.
Passaport
Se jkollok bżonn ta’ passaport validu.
Viża
Ċittadini minn aktar minn 100 pajjiż jeħtieġu viża biex iżuru l-UE. Il-lista ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viżi biex jivvjaġġaw lejn l-Irlanda tvarja kemxejn mill-pajjiżi l-oħra tal-UE.
Tista’ tapplika għal viża għand il-konsulat jew l-ambaxxata tal-pajjiż tal-UE li qed tippjana li żżur (jew dak li huwa d-destinazzjoni ewlenija tiegħek). Jekk għandek viża ta’ Schengen tista’ tivvjaġġa lejn il-pajjiżi Schengen kollha. Jekk għandek viża għal permanenza twila jew permess ta’ residenza li nħariġlek minn wieħed mill-pajjiżi ta’ Schengen, int tista’ toqgħod għal massimu ta’ 90 jum f’pajjiżi oħra ta’ Schengen.
Hemm aktar minn 60 pajjiż u territorju li ċ-ċittadini tagħhom ma jeħtiġux viża biex iżuru l-UE għal massimu ta’ 90 jum. F’nofs l-2025, il-viżitaturi minn dawn il-pajjiżi se jkunu meħtieġa japplikaw għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-ETIAS. Is-sistema l-ġdida se żżid is-sigurtà u se tevita dewmien għall-vjaġġaturi fil-fruntiera.
L-UE u l-pajjiżi taż-żona Schengen
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 9.1 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: austria.info
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 11.8 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitflanders.com visitwallonia.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 6.4 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen**
Munita: BGN
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: bulgariatravel.org/en
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż li mhuwiex fl-UE
Popolazzjoni: 8.8 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: CHF
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 0.9 miljuni
Mhux parti miż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitcyprus.com
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 10.8 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: CZK
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: czechtourism.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 84.4 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: germany.travel
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 5.9 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: DKK
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitdenmark.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 1.4 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitestonia.com
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 10.4 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitgreece.gr
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 48.1 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: spain.info/en/
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 5.6 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitfinland.com
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 68.1 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: france.fr/en
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 3.9 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: croatia.hr/en-gb
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 9.6 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: HUF
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visithungary.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 5.2 miljuni
Mhux parti miż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: discoverireland.ie
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż li mhuwiex fl-UE
Popolazzjoni: 0.4 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: ISK
Żoni tal-ħin: GMT
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 58.9 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: italia.it/en
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż li mhuwiex fl-UE
Popolazzjoni: 0.04 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: CHF
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 2.9 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: lithuania.travel/en
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 0.7 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitluxembourg.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 1.9 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: latvia.travel/en
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 0.5 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitmalta.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 17.8 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: holland.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż li mhuwiex fl-UE
Popolazzjoni: 5.5 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: NOK
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 36.8 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: PLN
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: poland.travel
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 10.5 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitportugal.com
Żoni tal-ħin: GMT
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 19.1 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen**
Munita: RON
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: romania.travel/en
Żoni tal-ħin: GMT +2
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 10.5 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: SEK
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: visitsweden.com
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 2.1 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: slovenia.info
Żoni tal-ħin: GMT +1
Pajjiż tal-UE
Popolazzjoni: 5.4 miljuni
Pajjiżek jinsab fiż-żona Schengen
Munita: EUR
Paġna uffiċjali tat-turiżmu: slovakia.travel/en
Żoni tal-ħin: GMT +1
(*) Il-popolazzjoni totali l-1 ta’ Jannar 2023. Sors: Eurostat (il-kodiċi tad-data online demo_gind).
(**) Il-kontrolli fil-fruntieri interni tal-art għadhom ma tneħħewx għall-Bulgarija u r-Rumanija.
Elveția are o populație de 8,7 milioane de locuitori, utilizează moneda francul elvețian și se află în zona de fus orar GMT +1.
L-Unjoni Ewropea hi magħmula minn 27 pajjiż: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
Il-pajjiżi kollha tal-UE huma parti miż-żona Schengen, ħlief Ċipru u l-Irlanda. Għalkemm il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu fiż-żona Schengen, il-kontrolli fil-fruntieri interni tal-art tagħhom għadhom ma tneħħewx. Iż-żona Schengen tinkludi wkoll dawn il-pajjiżi li mhumiex fl-UE — l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.
L-Awstrija għandha popolazzjoni ta’ 9 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web austria.info.
Il-Belġju għandu popolazzjoni ta’ 11.6 miljun ruħ, juża l-ewro u jinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-siti web visitflanders.com u visitwallonia.com.
Il-Bulgarija għandha popolazzjoni ta’ 6.8 miljun ruħ, tuża l-lev Bulgaru u tinsab fiż-żona tal-ħin Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web bulgariatravel.org/en.
Il-Kroazja għandha popolazzjoni ta’ 3.9 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web croatia.hr/en-gb.
Ċipru għandu popolazzjoni ta’ 0.9 miljun ruħ, juża l-ewro u jinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitcyprus.com.
Iċ-Ċekja għandha popolazzjoni ta’ 10.5 miljun ruħ, tuża l-koruna Ċeka u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web czechtourism.com.
Id-Danimarka għandha popolazzjoni ta’ 5.9 miljun ruħ, tuża l-krona Daniża u tinsab fiż-żona tal-ħin Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitdenmark.com.
L-Estonja għandha popolazzjoni ta’ 1.3 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitestonia.com.
Il-Finlandja għandha popolazzjoni ta’ 5.5 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitfinland.com.
Franza għandha popolazzjoni ta’ 67.8 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web france.fr/en.
Il-Ġermanja għandha popolazzjoni ta’ 83.2 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web germany.travel.
Il-Greċja għandha popolazzjoni ta’ 10.6 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitgreece.gr.
L-Ungerija għandha popolazzjoni ta’ 9.7 miljun ruħ, tuża l-forint Ungeriż u tinsab fiż-żona tal-ħin Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visithungary.com.
L-Iżlanda għandha popolazzjoni ta’ 0.4 miljun ruħ, tuża l-króna Iżlandiża u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time.
L-Irlanda għandha popolazzjoni ta’ 5.1 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web discoverireland.ie.
L-Italja għandha popolazzjoni ta’ 59 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web italia.it/en.
Il-Latvja għandha popolazzjoni ta’ 1.9 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web latvia.travel/en.
Il-Liechtenstein għandu popolazzjoni ta’ 0.04 miljun ruħ, juża l-frank Żvizzeru u jinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1.
Il-Litwanja għandha popolazzjoni ta’ 2.8 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web lithuania.travel/en.
Il-Lussemburgu għandu popolazzjoni ta’ 0.6 miljun ruħ, juża l-ewro u jinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitluxembourg.com.
Malta għandha popolazzjoni ta’ 0.5 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitmalta.com.
In-Netherlands għandha popolazzjoni ta’ 17.6 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web holland.com.
In-Norveġja għandha popolazzjoni ta’ 5.4 miljun ruħ, tuża l-krona Norveġiża u tinsab fiż-żona tal-ħin Greenwich Mean Time +1.
Il-Polonja għandha popolazzjoni ta’ 37.7 miljun ruħ, tuża ż-złoty Pollakka u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web poland.travel.
Il-Portugall għandu popolazzjoni ta’ 10.4 miljun ruħ, juża l-ewro u jinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitportugal.com.
Ir-Rumanija għandha popolazzjoni ta’ 19-il miljun ruħ, tuża l-leu Rumen u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +2. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web romania.travel/en.
Is-Slovakkja għandha popolazzjoni ta’ 5.4 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web slovakia.travel/en.
Is-Slovenja għandha popolazzjoni ta’ 2.1 miljun ruħ, tuża l-ewro, u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web slovenia.info.
Spanja għandha popolazzjoni ta’ 47.4 miljun ruħ, tuża l-ewro u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web spain.info/en.
L-Iżvezja għandha popolazzjoni ta’ 10.5 miljun ruħ, tuża l-krona Żvediża u tinsab fiż-żona tal-ħin Greenwich Mean Time +1. Għal informazzjoni dwar it-turiżmu, żur is-sit web visitsweden.com.
L-Iżvizzera għandha popolazzjoni ta’ 8.7 miljun ruħ, tuża l-frank Żvizzeru u tinsab fiż-żona tal-ħin ta’ Greenwich Mean Time +1.
X’tista’ ddaħħal miegħek?
Jekk tkun dieħel fl-UE minn pajjiż li ma huwiex fl-UE, tista’ ddaħħal miegħek prodotti mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u dazji tas-sisa għall-użu personali fi ħdan il-limiti stipulati hawn taħt. L-istess jgħodd jekk tkun ġej minn territorji oħrajn fejn ir-regoli tal-UE dwar il-VAT u s-sisa ma jgħoddux.
Hemm limitu ogħla jew aktar baxx fuq l-ammont ta’ tabakk li tista’ ddaħħal fl-UE skont il-pajjiż. Għalhekk, iċċekkja r-regoli doganali tal-pajjiż tal-UE li se żżur.
Tabakk (*) | Alkoħol | |
---|---|---|
Limitu ogħla | Limitu aktar baxx | Litru ta’ spirtu jew alkoħol mhux żnaturat (alkoħol etiliku) jew żewġ litri ta’ nbid imqawwi jew frizzanti (**) u |
200 sigarett jew | 40 sigarett jew | |
100 cigarillo jew | 20 cigarillo jew | |
50 sigarru jew | 10 sigarri jew | 4 litri ta’ nbid bla gass u |
250 g ta’ tabakk | 50 g ta’ tabakk | 16-il litru ta’ birra |
(*) Kull ammont jirrappreżenta 100 % tal-kwota totali permessa għall-prodotti tat-tabakk. Tista’ tikkombina kwalunkwe waħda minn dawn, iżda ma tridx taqbeż il-limitu totali. Pereżempju: 100 sigarett (50 % tal-kwota permessa) + 50 cigarillo (50 % tal-kwota permessa) = 100 % tal-kwota totali permessa.
(**) Għall-ispirti u l-inbid imqawwi jew frizzanti, kull wieħed minn dawn l-ammonti jirrappreżenta 100 % tat-total tal-kwota permessa, li int tista’ taqsam. Pereżempju, tista’ ddaħħal nofs litru ta’ spirti u litru ta’ nbid imqawwi, it-tnejn jirrappreżentaw nofs din il-kwota permessa.
Il-vjaġġaturi taħt is-17-il sena ma jistgħux jagħmlu użu minn dawn l-allokazzjonijiet tal-alkoħol u tas-sigaretti.
Jekk qed tivvjaġġa minn pajjiż tal-UE għal ieħor via pajjiż mhux tal-UE (eż. l-Iżvizzera) ikollok bżonn tiċċekkja r-regoli doganali ta’ dak il-pajjiż.
- Sa valur massimu ta’ €430 għall-vjaġġaturi bil-baħar u bl-ajru
- Sa valur ta’ € 300 għal vjaġġaturi oħra.
Xi pajjiżi tal-UE japplikaw limitu aktar baxx għall-vjaġġaturi taħt l-età ta’ 15-il sena, iżda dan ma jistax ikun inqas minn EUR 150.
Ma hemm l-ebda restrizzjoni ġenerali fuq il-ġarr ta’ prodotti tal-laħam jew tal-ħalib meta tivvjaġġa fl-UE. Madankollu, kun ċert/a li ma ddaħħalx ikel li fih il-laħam, il-ħalib jew prodotti oħra fl-UE minn pajjiżi mhux tal-UE għax dawn jistgħu jġorru patoġeni perikolużi li jistgħu jikkawżaw mard lill-bhejjem tal-UE bħall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u d-deni tal-ħnieżer Afrikan. L-uniċi eċċezzjonijiet huma għal dawk li jivvjaġġaw bi kwantitajiet żgħar għall-konsum personali minn Andorra, il-Gżejjer Faroe, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino jew l-Iżvizzera.
B’passaport tal-UE għall-annimali domestiċi, disponibbli minn kwalunkwe veterinarju huwa faċli li tivvjaġġa b’kelb, b’qattus jew b’nemes. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa kollha jrid ikollhom passaport u, għal skopijiet ta’ identifikazzjoni, iridu jkunu mgħammra b’mikroċipp elettronika jew ikollhom tattoo fuq ġisimhom li tkun tinqara b’mod ċar, applikata qabel Lulju 2011. Huma jridu jitlaqqmu kontra r-rabbja u d-dettalji għandhom jitniżżlu fil-passaport tal-annimali domestiċi tagħhom. Il-vaċċinazzjoni trid issir wara l-mikroċippjar jew wara li tkun saret it-tattoo.
Il-klieb iridu jingħataw trattament speċifiku kontra d-duda (tapeworm) minn veterinarju qabel ma jivvjaġġaw lejn il-Finlandja, l-Irlanda u Malta. Id-dettalji tat-trattament iridu jitniżżlu fil-passaport tal-annimal domestiku u l-kelb ikun jista’ mbagħad jivvjaġġa bejn ġurnata u 5 ijiem wara t-trattament.